Titjiriet diretti bejn Malta u l-Qatar minn Ġunju li ġej

It-titjira minn Qatar lejn Malta se ssir kuljum tul l-istaġun tas-sajf u erba’ darbiet fil-ġimgħa tul ix-xitwa

Minn Ġunju li ġej, il-Qatar Airways se tibda topera titjira diretta minn Malta għall-kapitali Doha.

It-titjira mill-Qatar lejn Malta se ssir kuljum tul l-istaġun tas-sajf u erba’ darbiet fil-ġimgħa tul ix-xitwa.

Il-ftehim intlaħaq waqt żjara tal-Ministru Konrad Mizzi fil-Qatar fejn kellu laqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-Linja tal-Ajru, Akbar Al Baker.

Dan huwa t-tieni ftehim li ntlaħaq bejn Malta u l-Qatar Airways hekk kif l-Air Malta se tkun qed tagħti t-taħriġ lill-piloti ġodda ta’ din il-Linja tal-Ajru.

More in Politika