Il-Kumitat tal-EP għall-Kriminalità Finanzjarja jitlob tweġibiet dwar 17 Black

Il-Partit tal-Ħodor Ewropej jappoġġja l-inizjattiva wara li t-talba tagħhom għal sessjoni mal-Ambaxxatur Malti ma kinitx milqugħa

Il-Kumitat għall-Kriminalità Finanzjarja fi ħdan il-Parlament Ewropew bagħat sett ta' mistoqsijiet lill-Ambaxxatur ta' Malta fl-Unjoni Ewropea Daniel Azzopardi. Din l-inizzjattiva sabet l-appoġġ tal-Partit tal-Ħodor Ewropej li ma kellhomx il-proposta ta' sessjoni mal-Ambaxxatur aċettata. 

Fl-ittra il-Kumitat jistaqsi, fost l-oħrajn kif għadha ma tteħditx azzjoni politika minkejja l-fatti li kienu żvelati s'issa, jekk itteħditx azzjoni kontra Nexia BT li "suppost topera skont il-regoli kontra l-ħasil tal-flus' u għalfejn għadha ma bdietx investigazzjoni pubblika u indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

More in Politika