Illum jaħbat l-41 sena anniversarju minn meta inqatlet it-tfajla Karen Grech. Karen kienet innqatlet fl-età ta’ 15 sena meta splodiet ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha, il-Professur Edwin Grech.
Fl-istess hin li ntbagħtet ittra bomba lil Edwin Grech, intbagħtet ukoll lit-Tabib Paul Chetcuti Caruana iżda din l-ittra bomba ma ħaditx. Ħafna jirrelataw dawn l-ittri bombi mal-istrajk tat-tobba, madankollu m’hemm l-ebda prova forensika li tagħqadhom flimkien.
Dan għaliex fiiż-żmien tal-qtil, it-tobba fl-isptar San Luqa kienu qed jieħdu azzjoni industrijali wara nuqqas ta’ qbil bejn il-gvern u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta. Minkejja dan, missier Karin kien iddeċida jaħdem fl-isptarijiet waqt dawn id-direttivi u għalhekk ġie ittimbrat bħala l-persuna li se jkisser l-istrajk
Il-kaz ta’ Karen Grech hu wieħed mill-każi ta’ qtil li għadhom ma ssolvewx f’Malta. Minkejja dan, fil-passat missier il-vittma, l- Edwin Grech kien stqarr li huwa għandu informazzjoni li l-apparat splussiv kien ippjanat minn studenti universitarji tal-mediċina li qabdu nies kriminali biex jagħmlu din il-bomba, liema bomba kienet tqassmet minn mastrudaxxa li kellu wieħed mis-swaba' neqsin.
Intant, fl-2010 il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kienet ordnat lill-Gvern jħallas is-somma ta 419,287 bħala kumpens lill-familja Grech.