Merkel u politiċi Ġermaniżi bid-dettalji personali mxerrda mal-erbat irjieħ

Dan wara li diversi poltiċi Ġermaniżi, ċelebritaijet u anke ġurnalisti sfaw vittma ta' hacking

Mijiet ta’ politiċi Ġermaniżi, inkluż il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel spiċċaw bid-dettalji personali tagħhom imxerrda mal-erbat irjieħ wara li ġew hacked.

Il-kuntatti, messaġġi privati u anke dettalji finanzjarji ta’ dawn il-politiċi ġew ippubblikati fuq Twitter.

L-attakk seħħ fuq politiċi mill-partiti politiċi kollha kif wieħed tal-lemin estrem.

Dan apparti li ġew hacked ukoll ċelebritajiet u ġurnalisti prominenti.

Sa issa għadu mhux magħruf minn kien wara dan l-attakk anke jekk l-attakk beda x-xahar li għadda bid-dettalji jibdew jinxterdu fuq Twitter f’forma ta’ kalendarju tal-avvent.

More in Politika