Żewġ neputijiet - ta' Mintoff u Gonzi - flimkien għall-Parlament Ewropew

It-tnejn se joħorġu taħt il-kappa ta' Alleanza għall-Bidla...biex, skonthom, issir riforma politika meħtieġa

Ivan Grech Mintoff u Rebecca Dalli Gonzi
Ivan Grech Mintoff u Rebecca Dalli Gonzi

Ivan Grech Mintoff, in-neputi tal-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff u Rebecca Dalli Gonzi, in-neputija tal-eks Prim Ministru Nazzjonalist Lawrence Gonzi se jkunu qed jingħaqdu flimkien taħt l-umbrella tal-Alleanza għall-Bidla (Alliance for Change). Dan il-partit żgħir inħoloq minn Grech Mintoff innifsu u huwa kkunsidrat bħala wieħed konservattiv fuq temi soċjali.

Grech Mintoff kien ħareġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew l-ewwel darba fl-2014 u kien ġab 776 vot fl-ewwel għadd. Grech Mintoff kien voċiferu fuq diversi temi fl-aħħar żmien, l-aktar il-politika tal-ġeneru kif ukoll dwar il-kwistjoni ta’ kontestant ta’-X Factor, li huwa wkoll membru tal-għaqda reliġjuża ‘River of Love’

Dalli Gonzi hija wiċċ ġdid fil-politika.

F'kummenti ma' dan is-sit, Grech Mintoff qal li l-għan tal-partit huwa li jattira l-aktar lil dawk l-eluf ta' votanti diżillużi, fuq iż-żewġ naħat tal-ispettru politiku

Grech Mintoff u Dalli Gonzi sostnew illi dak li jgħaqqad lill-Maltin huma l-politika u l-Kristjaneżmu. “Bħala ġenerazzjoni żagħżugħa, magħqudin bħala forza waħda se nużaw is-saħħa biex inġibu fuq quddiem l-identità, il-valuri u l-kultura Maltija.”

Huma sostnew illi hemm bżonn urġenti ta’ riforma politika.

 

More in Politika