Il-PD jitlob għal laqgħa urġenti tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u l-Ippjanar

Fi stqarrija, il-D saħaq li l-ftehim mal-Corinthia għandu jkun diskuss b'urġenza l-ġimgħa d-dieħla

Il-Partit Demokratiku kiteb lill-President tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, id-Deputat Alex Cassar, fejn talab li ssir laqgħa b’urġenza l-ġimgħa d-dieħla dwar l-iżvilupp prtopost ta’l-International Hotel Investments (IHI).

L-ittra, miktuba minn Marlene Farrugia li hija r-rappreżentanta tal-PD fuq il-kumitat saħqet li l-aħħar laqgħa ssejħet nhar l-10 ta’ Diċembru u insistiet li l-iżvilupp propost fix-xatt tal-Bajja ta’ San Ġorġ għandu jiġi diskuss b’urġenza “b’mod partikolari għall-mod kif se jsir ir-riklamazzjoni tal-baħar u l-effett negattiv tal-impatt soċjali u ambjentali tal-proġett propost.”

 “Għal jista’ jkun hemm xi raġuni moħbija għad-dewmien ta’ ċertu affarijiet fuq l-aġenda, inkluż dawk li ressaq il-Partit għad-diskussjoni, bħal pereżempju il-Policy tal-Pompi tal-Petrol, u li nirrevedu l-Policy Rurali?” staqsiet ukoll il-kandidat għall-Parlament Ewropew Camilla Appelgren.

Intant, ilbieraħ numru  ta’ għaqdiet, gruppi tar-residenti u tliet Kunsilli Lokali kitbu lid-Deputat Alex Muscat, biex jitolbu laqgħa urġenti tal-Kumitat dwar il-konċessjoni imminenti ta’ drittijiet fuq l-art u l-ambjent lill-grupp Corinthia (IHI).

Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM irrappurtat li dan il-ftehim prospettiv qed iħasseb ukoll għadd ta’ Deputati tal-Gvern li qed jagħmlu pressjoni biex jinbidel.

Aqra aktar dwar dan l-iżvilupp propost u l-ftehim billi tagħfas hawn.

More in Politika