Kienu diversi dawk li lmentaw, anke ma' dan is-sit, bit-traffiku li dalgħodu nġabar biswit l-Isptar Mater Dei.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien fi triqtu biex jara pazjent meta waqaf u ppubblika filmat qasir li fih saħaq li huwa inaċċettabbli li fl-10:00am, it-triq li tagħti lejn Mater Dei u anke ċ-Ċentru tal-Onkoloġija kienet imwaħħla bit-traffiku.
Fi kliemu biex wieħed jasal mill-Bypass ta' Birkirkara sal-entratura ta' Mater Dei qed jieħu madwar 20 minuta.
Temm jisħaq li l-Gvern għandu jieħu azzjoni.
Din il-gazzetta staqsiet persuni li jgħaddu ta' spiss minn din it-triq u saħqu li għalkemm illum inġabar it-traffiku din it-triq mhijiex xi waħda traffikuża u normalment it-traffiku, anke jekk ġieli bil-mod, jimxi u jgħaddi.
53 Likes, 1 Comments - Adrian Delia (@adriandelia_pn) on Instagram: "Stretchers in the corridors Waiting in the lobbies Stuck in traffic Welcome to Mater Dei 10am..."