Il-Partit Demokratiku qed jipproponi kompetizzjoni miftuħa għall-ideat dwar il-breakwater ta’ Marsalforn u dan wara li d-disinn li qed ikun propost ma tantx niżel tajjeb ma’ bosta.
Filwaqt li insista li jaqbel mal-breakwater, il-PD saħaq li d-disinn propost ma jirrispettax il-karattru ta’ Marsalforn u l-identita Għawdxija u jiffoka aktar fuq l-iżvilupp ta’ bajja artifiċjali, aktar sunbeds u l-kwalita tal-baħar.
Fi stqarrija, il-Kap tal-PD saħaq li din il-kompetizzjoni għandha titmexxa minn panel ta’ esperti u disinjaturi, kemm dawk lokali u anke internazzjonali u tkun ibbażata fuq studji ambjentali u oħrajn.