Il-GRTU ħabbret li l-istazzjonijiet tal-pompi tal-petrol iddeċidew li l-azzjonijiet li qed jieħdu se jkunu temporanjament sospiżi, pendenti l-laqgħa li ser ssir għada bejn uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi.
Il-GRTU irrimarkat fi stqarrija li l-pompi tal-petrol jixtiequ ikunu tal-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.
"L-azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, l-pompi tal-petrol jiddeċiedu li l-azzjonijiet ikomplu", temmet tgħid l-union.