Diversi Laburisti jagħtuha għal fuq Facebook biex jikkritikaw lil Franco Debono

Diversi votanti Laburisti jtuha għal Facebook u jiftħu l-kanuni fuq Franco Debono wara li dan kiteb blogg illi fih qal li Egrant hija jew ta' Joseph Muscat jew ta' xi ħadd qrib tiegħu

Kif mistenni l-blogg ta' Franco Debono, illi fih qed jikkritika bil-qawwi lill-Prim Ministru u jinsisti li Egrant hija tiegħu jew inkella ta' xi ħadd qrib tiegħu qajjem reazzjoni qawwija wkoll. 

Iżda forsi l-aktar li qed jikkritikaw lil Franco Debono huma l-votanti Laburisti. Fost il-kummenti ta' kritika hmm dik illi Debono biddel kliemu dwar il-kwistjoni ta' Egrant filwaqt li oħrajn qed jinsistu li dan huwa kollu tort tal-Partit Laburista, għax skonthom lill-Laburisti "jsawwathom" jew jinjorahom filwaqt illi jippremja lil dawk li daru mal-PL fl-2013. 

Facebook bħalissa qed jimtela' b'memes diversi dwar Debono u messaġġi xejn ta' kumpliment lejn dan id-Deputat li kien ħadha kontra l-Partit Nazzjonalista u li kien saħansitra vvota mal-Oppożizzjoni dak iż-żmien Laburista fir-rigward tal-baġit. Vot kontra l-Gvern fil-baġit jiġi daqslikieku vot ta' sfiduċja. 

Gvern Laburista kien imbagħad appuntah Kummissarju tal-Liġi, flimkien oħrajn.  

 

More in Politika