Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu popolari ħafna mal-Maltin u l-Għawdxin u fil-fatt huwa fdat minn kważi 55% ta' dawk kollha li pparteċipaw fl-ewwel stħarrriġ li kien ippublikat fuq il-gazzetta oħt Maltatoday għal din is-sena.
Din hija l-ogħla rata ta' fiduċja li qatt irreġistra Muscat.
Minn naħa l-oħra Delia għadu lura sew bir-rata ta' fiduċja tiegħu tkun biss ta' 20.4%.
Muscat iġib maġġoranzi qawwijin fir-reġjuni kollha ta' Malta, b'68.4% tal-Għawdxin jgħidu illi jafdaw aktar lil Muscat milli lil Delia. Fil-fatt meta tikkunsidra li Għawdex huwa distrett tradizzjonalment Nazzjonalista, dan ir-riżultat huwa pjuttost ħażin.
Fin-nofsinhar tal-port u fin-naħa tal-Lvant tal-Port Muscat huwa fdat minn 67.1% u 58.8% rispettivament.
Fit-tramuntana tal-port u allura żona ta' lokalitajiet b'maġġoranzi Nazzjonalisti, Muscat huwa fdat aktar minn 44%, filwaqt li Delia huwa fdat aktar minn 27% biss.
96.2% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2013 jafdaw aktar lil Muscat.