'Il-klassijiet temporanji huma aktar komdi mill-klassijiet normali'

Il-Ministru Bartolo jistieden lill-membri tal-midja biex imorru u jaraw dawn il-klassijiet għax fi kliemu ma għandhom x'jaqsmu xejn ma' kontejner

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dawk li qed jisseħu bħala klassijiet “prefabricated” huma aktar komdi mill-klassijiet normali.

Huwa qal dan lil MaltaToday fejn saħaq ukoll li l-iskejjel mhux se jinbnew mil-lum għall-għada.

Mistoqsi dwar il-kritika tal-Oppożizzjoni, li qed tiddeskrivi dawn il-klassijiet bħala “kontejners,” il-Ministru stieden lil midja biex imorru jarawhom b’għajnejhom.

“Dawn huma mibnija apposta,” saħaq Bartolo waqt li insista li meta dawn kienu introdotti erba’ snin ilu kien hemm min qal: “tajjeb ukoll…dawn għandhom aktar kumdità.”

Dwar is-sigurtà fl-iskejjel, il-Ministru Bartolo qal lill-Gvern se jkun qiegħed jagħmel minn kollox biex jindirizza t-tħassib dwar is-sigurtà fl-iskejjel.

“Triq tieħu kull sitwazzjoni u kull skola għaliha u fejn hemm bżonn nagħmlu dak li hemm bżonn,” qal il-Ministru.

More in Politika