Il-Kummissarju Ewropew għas-Sajd Karmenu Vella kkundanna bl-aħrax il-prattiċi illegali għas-sajd tat-tonn u dan wara dak żvelat minn investigazzjoni Spanjola li implikat ukoll lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia.
Fi stqarrija, ppubblikata llum waranofsinhar, il-Kummissarju Vella saħaq li dak żvelat jikser mhux biss il-liġijiet Ewropej iżda anke dawk internazzjonali.
Kien għalhekk li insista li l-Kummissjoni tieħu bis-serjetà dawn ir-rapporti u bħalissa tinsab f'diskussjoni mal-awtoritajiet Maltin.
Huwa qal li l-Kummissjoni Ewropea tinsab ukoll f’kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll ma’ awtoritajiet oħra, fosthom il-Europol u lesta toffri l-assistenza kollha tagħha.
Aqra aktar: