L-Arċisqof Charles Scicluna qal li hawn min huwa mħallas biex kull kumment li jgħaddi hu, jattakkah.
Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq ir-radju tal-Knisja, fejn ftit jiem biss wara li l-eks Vigarju Episkopali Dun Rene Camilleri kkritika l-midja tal-Knisja hu qal ċar u tond li hija żbilanċjata, l-Arċisqof qal li jixtieq li din tibqa’ “oażi fejn kulħadd jista’ jitkellem, fejn il-fatt jiġi rrappurtat kif inhu u fejn kulħadd għandu dritt jikkummenta.”
Kien hawn li l-Arċisqof saħaq li jkun hemm reazzjonijiet li huma mmanipulati u saħansitra qal li hemm min huwa mħallas biex kull kumment li jgħaddi l-Arċisqof jattakkah.
“Il-Mulej ikkattarlu. J’Alla l-Isqof jibqa’ jitkellem biex ikun jista’ jkompli jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum jattakka kull ħaġa li jgħid l-Isqof,” temm jgħid Monsinjur Scicluna.