Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident
Ħadd ma weġġa' meta kċina li tinsab fuq wara ta' dar fi Vjal il-Kottoner fil-Fgura ħadet in-nar.
Il-Pulizija kkonfermaw dan il-każ ma' dan is-sit u saħqu wkoll li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident hekk ir-residenti laħqu ħarġu fil-ħin.
Il-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post u fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.