Dalgħodu waqt konferenza stampa, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega, "li minkejja l-liġi dwar il-kremazzjoni għadha trid tkun diskussa fil-Parlamentar, diġà kien hemm erba' applikazzjonijiet għall-bini ta' krematorji f'Malta."
Il-Ministru sostna li l-applikazzjonijiet ma setgħux jiġu pproċessati u attwati minħabba li s'issa għadu m'hemmx qafas legali.
I-liġi tal-kremazzjoni ġiet proposta bħala abbozz ta’ liġi privat mid-Deputat Rosianne Cutajar u wara li għaddiet mill-kabinett issa mistennija biex tiġi ppreżentata fil-Parlament Malti.
Waqt il-konferenza stampa, il-Ministru spjega kif Individwu se jitħalla fil-libertà tiegħu dwar id-dispożizzjoni jew il-ħażna tal-irmied.
Intant skont il-Ministru, jidher li hemm diversi Maltin li jmorru barra minn xtutna biex jiġu kremati.
Apparti minn hekk skont policy tal-2015, krematorju jista' jinbena biss f'ċimiterju eżistenti jew inkella f'ċimiterju eżistenti li ma jintużax.
Il-konsultazzjoni pubblika tagħlaq fid-29 ta' Marzu li ġej.