Il-Gvern se japplika għal fondi Ewropej biex tittaffa l-ispiża tal-ħsarat mill-maltemp

Id-dipartimenti kollha tal-Gvern bdew studji uffiċjali biex tkun stmata l-ħsara kkawżata

Fl-aħħar sigħat, il-Gvern għamel kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea biex jibda proċess sabiex japplika għal għajnuna mill-European Solidarity Fund biex ikunu jistgħu jissewwew ħsarat kkawżati mill-maltemp tal-bieraħ.

Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, il-Gvern qal li d-dipartimenti kollha tiegħu bdew studji uffiċjali biex tkun stmata l-ħsara kkawżata.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia għamel kuntatt mal-Kummissarji Ewropej Corina Cretu u Christos Stylianides biex jinfurmahom li bdew l-istudji u li Malta se tkun qed tapplika għal għajnuna.

Aktar kmieni, il-Partit Nazzjonalista wkoll appella lill-Gvern biex japplika għal għajnuna minn dan il-fond waqt li offra lill-Gvern kull għajnuna kemm fuq livell lokali u anke fuq livell Ewropew.

Aqra wkoll:

More in Politika