Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħabbar li mil-lum infetaħ freephone bin-numru 80072213 sabiex sajjieda, bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu għal kull tip ta’ assistenza u informazzjoni li jkollhom bżonn marbuta mal-maltemp qawwi li ħakem lil pajjiż nhar il-Ħadd li għadda.
Il-linji huma miftuħin mit-8am sas-7pm inklużi s-sibtijiet u l-ħdud.
Sadanittant, id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali diġà beda jispezzjona diversi żoni sabiex jiġu identifikati l-ħsarat li saru.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-Gvern se jkun qed jgħin lil dawk kollha li b’xi mod ieħorn ġarrbu ħsarat diretti mill-maltemp qawwi li laqat il-pajjiż.