Il-futur tal-proġett tad-db f'Pembroke f'idejn Transport Malta

L-iżviluppatur intalab jakkwista ċertifikazzjoni mingħand Transport Malta li t-toroq eżistenti jifilħu għall-volum tat-traffiku li se jiġġenera dan il-proġett

Id-disinn tal-proġett propost
Id-disinn tal-proġett propost

Il-proġett tal-Grupp db li se jkun qed jinbena fuq l-art li fuqha kien hemm l-ITS f’Pembroke se jkun jista’ jkompli wara li ntilef l-appell miftuħ minn dawk li kienu qed jopponi l-proġett.

Madanakllu, l-iżviluppatur intalab jakkwista ċertifikazzjoni mingħand Transport Malta li t-toroq eżistenti jifilħu għall-volum tat-traffiku li se jiġġenera dan il-proġett. Dan ifisser li l-futur ta’ dan il-proġett jinsab f’idejn Transport Malta.

Apparti minn hekk, l-iżviluppatur kien ordnat ukoll biex iwettaq bidliet fid-disinn u jipprovdi 270 metru kwadru aktar ta’ art pubblika miftuħa u biex l-għoli tat-torri jonqos b’10 metri, jew kważi tliet sulari u l-lukanda bi 8 metri, li jiġu ftit aktar minn żewġ sulari.

Id-deċiżjoni oriġinali kienet appellata minn 17-il entità, fosthom NGOs, il-kunsilli ta’ Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi u anke r-residenti wara li kienu nġabru wkoll 4,500 firma.

Oriġinarjament, il-Grupp db kien qed jinkludi torri ta' 38 sular, lukanda ta' 17-il sular, casino u anke stabbiliment kummerċjali, investiment li se jiswih €300 miljun.

Il-proġett kien approvat b’10 voti kontra 4, biċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Ippjanar Vince Vassar jivvota kontra filwaqt li ċ-Ċermen tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Victor Axiak vvota favur.

More in Politika