Raġel ta' 64 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta' madwar sular u nofs ġo xaft ta' garaxx.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq id-Dulliegħ, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma u ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.