Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 87 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà ftit ‘il bogħod mill-gżira Taljana ta’ Lampedusa.
Nhar it-Tnejn li għadda, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Forzi Armati ta’ Malta li kien hemm dgħajsa tal-injam b’87 immigrant abbord.
Il-Forzi Armati ta’ Malta sabu din id-dgħajsa madwar 30 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.
Bastiment Taljan li kien jopera taħt FRONTEX intalab joffri l-għajnuna iżda minħabba ħsarat tekniċi l-ekwipaġġ ma setax isalvaw lill-immigranti.
Kien għalhekk li l-bastiment Malti salva lill-immigranti tard ilbieraħ filgħaxija u ddaħħlu Malta dalgħodu.