Il-Pulizija arrestat erba' persuni allegatament involuti fit-traffikar tad-droga.
It-tliet irġiel u mara kienu arrestati wara rejd f'residenza privata fil-Blata Bajda, dar li ġiet deskritta bħala 'bejta ta' traffikar ta' droga'."
Ir-rejd sar tard il-Ħamis filgħaxija, meta Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u xi membri tal-Special Intervention Unit daħlu ġewwa r-residenza privata.
Matul il-ħin tal-operazzjoni, Triq Mountbatten ingħalqet għat-traffiku.
Il-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu sehem fl-operazzjoni.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.