Malta timmira għal strateġija nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li b'din l-istrateġija Malta se jkollha vantaġġ kummerċjali ...

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri

Malta qed timmira li tiżviluppa strateġija nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Qal dan is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri waqt konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija dwar l-AI. "B'din l-istrateġija Malta se jkollha vantaġġ kummerċjali fl-isfera ekonomika globali u jkun iġġenerat investiment billi Malta tippożizzjona lilha nnifisha bħala mexxej fil-qasam tal-AI." 

Schembri emfasizza illi l-Gvern Malti huwa kommess li jgħin kumpaniji li jinvestu f'pajjiżna, "mhux biss jistabilixxu n-negozju tagħhom imma wkoll jikkumerċjalizzaw u jkabbru." 

Iċ-Chairperson tal-Malta AI Taskforce Wayne Grixti qal illi wara s-suċċess tal-blockchain, Malta se tkun fost l-10 pajjiżi li se jaħdmu fil-qasam tal-AI. 

Huwa qal illi t-teknoloġiji AI mhumiex magni u robots li se jiddominaw f'idejhom lid-dinja, imma hija teknoloġija li tħalli impatt fuq fatturi varji tas-soċjetà.

More in Politika