Il-'vuċi' ta' Freddie Mercury għad-dell tal-Forti Sant’Anġlu

L-artist Kanadiż Marc Martel, li reġa' ta l-ħajja lill-vuċi ta' Freddie Mercury, se jagħti kunċert fil-Birgu 

Dawk li jħobbu l-mużika u l-leħen tal-kantant Freddie Mercury għandhom iżommu l-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju libera, hekk kif l-artist Kanadiż Marc Martel, li l-vuċi tiegħu hija identika għal dik ta’ Freddie Mercury, se jkun qed jagħti kunċert tal-aqwa siltiet tal-grupp mużikali QUEEN fit-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort.

Għal darb’ oħra dan il-kunċert se jsir fil-Marina tal-Belt Vittoriosa għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant’Anġlu. Dan ser isir b’risq il-fondazzjoni filantropika, The Marigold Foundation.

Il-kantant Marc Martel li għandu 42 sena, beda l-karriera tiegħu minn sempliċiment ‘band’ reliġjuża fil-Kanada u llum jinsab fuq quddiem nett bħala s-sostitut ideali ta’ Freddie Mercury fil-grupp mużikali QUEEN.

 

 

“That voice... you listen, close your eyes and you think it’s Freddie.” B’dan il-kliem, Roger Taylor, id-drummer uffiċjali tal-QUEEN, jiddeskrievi l-leħen ta’ Marc Martel.

Idħol issa ixtri l-biljetti tiegħek minn fuq www.showshappening.com/rtf/marcmartel sabiex nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, inti wkoll tkun preżenti għat-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort.

Bla dubju li Martel, permezz tal-vuċi tiegħu se jsaħħar lil dawk preżenti bis-siltiet mużikali bħal ‘We Will Rock You’, l-ikonika ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Somebody to love’ u finalment ‘We Are the Champions.’

More in Politika