May b'qalbha maqtugħa...tammetti li l-ftehim għal Brexit għad ma għandux appoġġ

Jekk May terġa' titlef vot ieħor dwar il-ftehim li nnegozjat ikun ifisser li r-Renju Unit ikolli jitlob estensjoni oħra lill-UE jekk ma jridx li jseħħ Brexit bla ftehim

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, donnu qatgħet qalbha hekk kif illum fil-Parlament ammettiet li ma għandhiex biżżejjed appoġġ biex ikun approvat il-ftehim li nnegozjat mal-Unjoni Ewropea għall-Brexit.

Madanakollu, May qalet li se tkompli bit-taħdidiet tagħha bil-għan li tikkonvinċi aktar Deputati, inkluż dawk xettiċi fil-partit tagħha stess, wara li digà sofriet żewġ disfatti kbar fil-Parlament kull meta ressqet dan il-ftehim għal vot.

Il-ġimgħa li għaddiet, May laħqet ftehim mal-Unjoni Ewropaa bil-għan li Brexit, li kellu jseħħ nhar il-Ġimgħa, ikun pospost.

Fil-fatt, Brexit kien pospost sat-22 ta’ Mejju bil-għan li May jirnexxielha tikseb il-maġġoranza tal-voti fil-Parlament dwar il-ftehim.

Jekk il-ftehim jerġa’ ma jkunx approvat, kif x’aktarx se jiġri, il-Gvern Ingliż se jkollu jippreżenta pjan ġdid jew inkella jispiċċa jitlaq mir-Renju Unit bla ftehim sa mit-12 ta’ April u dan jekk ma tintalabx estensjoni oħra.

Jekk issir talba għal estensjoni oħra, ikun ifisser li r-Renju Unit ikollu jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Intant, fl-aħħar sigħat kien hemm diversi rapporti dwar il-futur inċert ta’ Theresa May hekk kif skont siti tal-aħbarijiet Ingliżi, membri fil-Kabinett qed jinsistu li l-Prim Ministru għandha titlaq.

Fl-aħħar sigħat ukoll, madwar miljun persuna, niżlu fit-toroq ta’ Londra jitolbu referendum ieħor dwar Brexitl.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qed jisħaq li wasal iż-żmien li l-Parlament jaħdem flimkien fuq pjan ieħor.

Aqra wkoll:

More in Politika