Ma naċċettax li l-kaċċaturi u nassaba tagħna jitpoġġew dejjem f’dawl ikrah. Fil-verità, huma persuni li jieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarhom.”
Dan qalitu Josianne Cutajar, kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, waqt il-laqgħa ta’ diskussjoni ‘Niltaqgħu fil-Pjazza’ li saret ġewwa r-Rabat, bit-tema tad-delizzji u t-tradizzjonijiet Maltin.
Cutajar saħqet li titkellem dwar dan is-suġġett għax temmen li l-kaċċa u l-insib huma parti mill-identità nazzjonali u l-patrimonju storiku ta’ pajjiżna.
Fuq livell Ewropew, hija saħqet li filwaqt li hi konxja tal-limitazzjonijiet li jeżistu minħabba l-liġijiet u r-regoli Ewropej, ladarba tkun eletta, se tkun qed taħdem biex il-kaċċaturi u nassaba Maltin u Għawdxin ikollhom l-istess drittijiet daqs oħrajn Ewropej.
Filwaqt li kompliet tisħaq li l-kaċċa u l-insib sostenibbli hi t-triq ‘il quddiem biex ikun ippreservat dan id-delizzju, hija faħħret il-mod kif fi kliemha, il-maġġoranza tal-kaċċaturi u nassaba jipprattikaw id-delizzju tagħhom b’mod sostennibli u konformi mar-regoli u l-liġijiet.
Waqt l-istess diskussjon, issemma’ wkoll id-delizzju tal-piroteknika bil-kandidata tinsisti li s-sengħa tal-logħob tan-nar hi arti fiha nnifisha u wkoll tifforma parti mill-kultura Maltjiija.
Tkellmet ukoll dwar l-isport b’enfasi partikolari fuq l-istrateġija nazzjonali dwar l-isport, liema strateġija, fi kliemha, se ssaħħaħ lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin permezz ta’ fondi konsiderevoli.