Erdogan jitlef il-kapitali fl-elezzjonijiet lokali fit-Turkija

Erdogan mistenni jitlef ukoll Istanbul minkejja li fuq skala nazzjonali rebaħ dawn l-elezzjonijiet b'51% tal-voti

Il-partit tal-President Tork Recey Tayyip Erdogan tilef il-kontroll tal-Kapitali Ankara hekk kif ħarġu l-ewwel riżultati tal-elezzjonijiet lokali.

Ankara kienet ilha għal dawn l-aħħar 16-il sena taħt il-kontroll tal-partit ta’ Erdogan.

Jidher ukoll li l-Oppożizzjoni tinsab fuq quddiem ħafna u mistennija tirbaħ ukoll il-belt ta’ Istanbul.

Minkejja dan, fuq skala nazzjonali, il-partit ta’ Erdogan jidher li se jkun rebaħ 51% tal-voti

L-elezzjoni saret fi żmien li t-Turkija għaddejja min riċessjoni bil-lira tibqa’ titlef fil-valur tagħha.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar dawn ir-riżultati, Erdogan saħaq li jekk hemm nuqqasijet, jinsab fid-dmir li jindirizzawhom.

More in Politika