Il-PN b'mozzjoni biex isiru l-elezzjonijiet tal-Kumitati Aministrattivi

L-Oppożizzjoni tgħid illi l-Gvern Laburista qed idgħajjef il-poteri tal-Kunsilli Lokali...

Il-PN iressaq il-mozzjoni dwar il-Kumitati Amministrattivi
Il-PN iressaq il-mozzjoni dwar il-Kumitati Amministrattivi

L-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni sabiex jiġi annullat, jitħassar u revokat l-avviż legali li jemenda r-regolamenti dwar il-kumitati amministrattivi għall-komunitajiet. Il-PN sostnma li bl-Avviż Legali l-Gvern qiegħed għal darba iħassar l-elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi li għandhom isiru fil-25 ta’ Mejju li ġej.

"Fid-dawl li l-Gvern m’għandu l-ebda mandat elettorali biex ineħħi, jxolji jew iwaqqaf il- ħidma tal-Kumitati Amministrattivi, l-Oppożizzjoni qed tressaq mozzjoni fil-Parlament biex dan l-avviż legali jiġi revokat minnufih. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li dawn il-Kumitati Amministrattivi għandhom mhux biss jibqgħu jeżistu iżda li jiġu msaħħa sabiex jibqgħu jiġu eletti persuni mir-residenti tal-komunitajiet f’Malta u Għawdex."

Il-PN sostna li b’din l-azzjoni l-Gvern, filwaqt li jitkellem dwar riforma tal-Kunsilli Lokali, reġa’ wera biċ- ċar li l-intenzjonijiet ewlenin tiegħu huma li jkompli jnaqqas dejjem aktar poteri fi ħdan il- komunitajiet tagħna. "Dan l-avviz legali huwa ħolqa f’katina twila ta’ decizjonijiet fejn il- Gvern ħa bil-ħsieb prinċipali jkunu dak li jkompli jdgħajjef il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna," sostna l-PN. 

Il-mozzjoni tressqet lill-Ispeaker mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali, Komunitajiet u Fondi Ewropej Robert Cutajar, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku, ċ-Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Karol Aquilina u l-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet Parlamentari David Agius.

 

More in Politika