Greco tisħaq li pulizija li jikxef il-korruzzjoni għandu jkun protett
Jiġi ppubblikat ir-rapport tal-Grupp tal-Istati Kontra l-Korruzzjoni dwar Malta u jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet ...
More in Politika
Jiġi ppubblikat ir-rapport tal-Grupp tal-Istati Kontra l-Korruzzjoni dwar Malta u jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet ...
Dalgħodu l-Gvern ippubblika r-rapport tal-Grupp tal-Istati Kontra l-Korruzzjoni, l-GRECO dwar Malta.
Fil-qofol tiegħu r-rapport jitkellem fuq il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-ogħla istituzzjonijiet tal-Gvern b’mod speċjali f’dawk li huma inkarigati mill-infurzar tal-liġi. L-imħuħ wara r-rapport irrakkomandaw li tingħata protezzjoni lill-dawk il-Pulizija li jikxfu każijiet ta’ korruzzjoni, f’politika aktar olistika tal-iżvelar ta’ prattiċi skoretti.
Ir-rapport ifakkar li kuntrarjament għal Whisteblower li huwa membru tal-pubbliku, meta pulizija jirrapporta każijiet ta' korruzzjoni jew mġieba ħażina. ma jkunx jista' jibqa' anonimu.
Aktar minn hekk, fis-sommarju tar-rapport jingħad li, ċertu istutizzjonijiet m'għandhom l-ebda valur wara 30 sena ta' eżistenza. Partikolarment il-Kummissjoni Permamenti Kontra l-Korruzzjoni. Ir-rapport ifakkar li din il-Kummissjoni ippresediet fuq 400 każ u ma tatx riżultati konkreti.
Ir-rapport elenka diversi rakkomdanazzjonijiet lill-Gvern Malti sabiex ikun jista' jtejjeb is-sistemi kemm legali u anke amministrattivi, dan bl-għan li tiħrax il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Intant fi stqarrija l-bieraħ l-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern kellu jċedi u jawtorizza li jippubblika dan ir-rapport. L-Oppożizzjoni qalet li, "tistenna li b’mod immedjat jidħol fis-seħħ it-tibdil kollu li hemm bżonn għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.”
Minkejja dan il-Gvern saħaq li hi proċedura normali li biex rapport tal-GRECO jiġi ppubblikat, trid tingħata l-awtorizzazzjoni mill-pajjiż konċernat.
Repubblika: L-Greco qatt ma sabet l-Malta daqshekk korrott u mafjuż
Fi stqarrija separata, r-Repubblika qalet li fir-rapporti preċidenti, “dejjem kien hemm pariri kif l-affarijiet jistgħu jittejjbu iżda GRECO qatt ma sabet l-istat kompletament korrott u mafjuż li sabu f’Malta din id-darba. Qatt ma kien hemm bżonn lista daqshekk twila ta’ rakkomandazzjonijiet biex Malta ssir tixbaħ demokrazija.”
Żiedet tgħid li r-rapport ikkonferma li, “l-Pulizija hi taħt il-ħakma tal-politiċi u kollox jiddependi minn kemm ikun fuq ruħu l-Kummissarju. Ma jiġri xejn fejn hemm politiċi suspettati b’reat u GRECO sabet li l-Pulizija irrifjutat li minn jehda tiftaħ każijiet fuq il-Panama Papers u rivelazzjonijiet oħrajn. GRECO issib li dan hu agħar meta wieħed jara kemm hu fjakk l-FIAU.”
Fi tmiem l-istqarrija Repubblika qalet li,”kellna raġun meta tlabna r-riżenja ta’Joseph Muscat. F’idejh hi r-responsabbiltà tal-kollass totali tal-infrastruttura kostituzzjonali u legali ta’ pajjiżna.”