Malta l-uniku pajjiż fl-Ewropa li toffri kura lill-persuni kollha bl-HIV
Malta tikklasifika tajjeb ħafna wkoll fejn jirrigwardja t-trattament effettiv
More in Politika
Malta tikklasifika tajjeb ħafna wkoll fejn jirrigwardja t-trattament effettiv
Skont Rapport Speċjali maħruġ mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) Malta hija l-uniku pajjiż minn fost 39 pajjiż mill-Ewropa u l-Asja Ċentrali, fejn il-persuni kollha li għandhom il-virus tal-HIV qegħdin jingħataw kura medika.
Il-medja reġjonali f’dan ir-rigward hija ta’ 64% filwaqt li l-mira globali hija li 90% ta’ persuni bl-HIV jkunu qegħdin jingħataw il-kura.
Jirriżulta wkoll li Malta qabżet il-medja reġjonali fejn jirrigwarda li t-trattament ta’ persuni bl-HIV jkun effettiv tant li l-ammont ta’ virus fid-demm jitbaxxa ħafna bir-riżultat li ma jkunx aktar possibbli li jiġi trasmess minn persuna għal oħra. Il-medja reġjonali hija ta’ 86% filwaqt li l-mira globali hija ta’ 90%.
Apparti minn hekk, Malta tirreġistra ‘l fuq mill-medja reġjonali fejn jirrigwarda persuni milqutin mill-HIV, li jafu biha, li qegħdin fuq kura u li l-kura ħadmet fuqhom, tant li ma jkunx aktar possibbi li jiġi trasmess minn persuna għal oħra. Il-medja reġjonali f’dan it-tragward hija ta’ 43% ta’ dawk milqutin. F’Malta dan il-persentaġġ jilħaq 68% u qed joqrob lejn il-mira globali ta’ 73%.
Skont il-Ministeru għad-Saħħa. skont l-aħħar statistika uffiċjali jirriżulta li f’Malta kien hawn 453 persuna milqutin mill-HIV.
Dawn il-persuni kollha jirċievu kura u jkollhom follow-up regolari minn tim dedikat fl-Isptar Mater Dei.