Fl-intervista intensiva li l-gazzetta ILLUM għamlet mal-President il-ġdid George Vella, tkellmet miegħu dwar ir-Riforma Kostituzzjonali u staqsietu jekk jaqbilx li titneħħa r-referenza għar-reliġjon Kattolika bħala r-reliġjon tal-istat. Kif wieġeb il-President?
Il-President la wieġeb iva u lanqas le. Wieġeb biss li ma jixtieqx ikun kategoriku fuq kwistjonijiet bħal dawn.
“Trid tara x’inhuma l-opinjonijiet tal-maġġoranza u forsi raġunijiet varji li jien ma nkunx qiegħed narahom,” spjega l-President. “Tinsiex li llum, is-soċjetà tagħna, hija magħmula minn nies ta’ twemmin differenti u oħrajn li ma jemmnux."
Fakkar li kien hu stess li talab lill-Arċisqof Charles Scicluna biex għall-quddiesa ta' qabel il-ġurament ikun hemm preżenza ta’ mexxejja oħra reliġjużi.
"Jiena mhux President tal-Maltin Kattoliċi biss,” qalilna l-President.
Dwar dan il-gazzetta ILLUM kienet staqsiet ukoll lill-Isqof ta' Għawdex Mario Grech. Kif kien wieġeb? Agħfas hawn.