Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza laqgħet il-proposti inklużi fid-dokument ta’ konsultazzjoni bil-għan li tinħoloq ugwaljanza akbar bejn is-sessi fil-Parlament.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni saħqet li ilha għal diversi snin tinsisti dwar il-bżonn li jiġi indirizzat dak li hi ssejjaħ bħala ‘defiċit demokratiku,’ li qed iwassal agħal żbilanċ qawwi fil-Parlament.
Il-Kummissjoni faħħret dawn il-proposti u saħqet li jindirizzaw mhux biss il-kawżi iżda anke l-konsegwenzi tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri.
“L-implimentazzjoni ta’ din il-firxa ta’ miżuri tkun tikkostitwixxi żvolta storika għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-prattika, li tagħmel lil Malta soċjetà iktar demokratika bil-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali ta’ nisa u rġiel fl-isfera politika,” temmet tgħid l-istqarrija.
Aqra wkoll: