L-MUMN tgiddeb lill-midja tal-PN dwar storja fuq in-Nazzjon

Il-President tal-MUMN igiddeb storja tan-Nazzjon li qalet li hu hedded bl-inkwiet...

L-istorja li dehret fuq il-faċċata tal-gazzetta ILLUM
L-istorja li dehret fuq il-faċċata tal-gazzetta ILLUM

F'kuntatt li għamel ma' din il-gazzetta l-President tal-MUMN Paul Pace sostna illi storja li dehret fil-paġna ta' quddiem tal-gazzetta In-Nazzjon ma kinitx veritiera. 

Ma' dan is-sit huwa sostna li mhu vera xejn li huwa qal illi l-MUMN qed thedded b'inkiwet kbir jekk ma tunx ikkonsultata dwar pazjenti Libjani li possibilment jingħataw kura fil-Mater Dei. 

Pace kien qed jirreaġixxi għall-istorja, inkluż fuq dan is-sit, li żvelat kif it-tmexxija tal-Isptar Mater Dei qed tlesti biex tilqa' pazjenti mill-Libja li bħalissa, mill-ġdid, tinsab f'xifer gwerra ċivili. 

Huwa qal illi l-istorja attribwiet lilu kliem li hu ma qalx. 

Fil-fatt l-ittra li bagħatet l-MUMN u li rat dan is-sit ma turi ebda theddid u lanqas talba ta' konsultazzjoni.

 

More in Politika