Ħafna xita, ħafna riħ imma wkoll ħafna xemx għax-Xitwa 2018/19

Frar kien pjuttost kiesaħ bit-temperaturi jinżlu sa' minimu ta' 3.7°C 

Frar pjuttost kiesaħ temm l-istaġun meteoroloġiku tax-xitwa, li ra t-temperaturi jitilgħu sa massimu ta’ 19.4°C fil-bidu ta’ Diċembru, u jkomplu jiksħu sakemm laħqu l-iktar temperatura baxxa għall-istaġun, ta’ 3.7°C, lejn l-aħħar ta’ Frar. Madankollu, filwaqt li l-kesħa setgħet inħasset iktar qalila mis-soltu, ittemperatura medja għall-istaġun kienet ftit iktar baxxa min-norma ta’ 13°C, hekk kif niżlet għal 12.7°C. 

L-istaġun tax-xitwa seta’ deher iktar imxarrab mis-soltu wkoll, iżda fil-fatt, b’total ta’ 223mm ta’ xita, dawn it-tliet xhur irreġistraw inqas xita mill-247.8mm li jkunu mistennija f’dan iż-żmien tas-sena. Wara n-nixfa ta’ Diċembru, infetħu bibien is-sema f’Jannar, meta total ta’ xita li ammonta għal tliet darbiet iktar minn dak irreġistrat matul l-aħħar xahar tal-2018 niżel fuq il-Gżejjer Maltin fl-ewwel xahar tal-2019. 

 Il-gżejjer intlaqtu minn istanzi ta’ riħ qawwi matul ix-xhur tax-xitwa, saħansitra b’buffuri ta’ riħ li laħqu l-54 knots nhar l-24 ta’ Frar. Matul il-bqija tal-istaġun, il-veloċità medja tar-riħ kejlet l-10 knots.  Minkejja li l-maltempati matul l-istaġun tax-xitwa ma kinux skarsi, daqstant ieħor ma kienet skarsa x-xemx, li ddiet fuq il-gżejjer għal madwar 6.4 sigħat kuljum. B’total ta’ 578.1 siegħa ta’ xemx, din l-aħħar xitwa gawdiet 75 siegħa ta’ xemx iktar min-norma għall-istaġun.  
L-Uffiċċju Meteoroloġiku rrapporta wkoll seba’ maltempati bis-silġ; tnejn iktar min-norma għal dan iż-żmien tas-sena.  
 
Ħarsa Lejn it-Temp f’Marzu  

L-istaġun tar-Rebbiegħa ġab miegħu inqas xita u temperaturi ogħla lejn il-Gżejjer Maltin. Matul ixxahar ta’ Marzu, niżlu mal-34.6mm ta’ xita, b’10.8mm minnhom jiġu rreġistrati fil-21 ta’ Marzu, filwaqt li t-temperatura medja tal-ajru għal dan ix-xahar din is-sena żdiedet b’0.6°C, biex laħqet 14.5°C.   Il-Gżejjer tgħattew parzjalment minn medja ta’ 3.4 oktas ta’ sħab matul Marzu. B’hekk, kemm il-Maltin u kemm it-turisti setgħu jgawdu medja ta’ 7.5 sigħat ta’ xemx kuljum, li ammontaw għal 232.7 sigħat  

 .8°C, il-baħar ukoll kien iktar sħun milli mistenni għal dan iż-żmien tas-sena.  

 B’veloċità medja ta’ 9.9 knots, Marzu kien iżjed mirjieħ milli mistenni, bl-iktar buffura ta’ riħ b’saħħitha, li kienet qed tonfoħ minn Majjistral it-Tramuntana, tilħaq 49 knots fit-12 ta’ Marzu. 

More in Politika