‘It-trakka impossibbli li ssir f’dik iż-żona … l-art hi mmarkata għal żvilupp'

Intant ma' dan is-sit il-Perit wara l-proposta jgħid li 'din hi l-unika żona fejn t-trakka tista' ssir u ma tintmissx art ODŻ'

It-trakka proposta dalgħodu
It-trakka proposta dalgħodu

Fid-dawl tal-proposta ġdida li kienet żvelata dalgħodu għal trakka tal-karozzi f’Ħal Far, sorsi li tkellmu mal-illum.com.mt spjegaw li, "t-trakka fuq is-sit inkwistjoni hi impossibbli li ssir hekk kif din l-art hi mmarkata għal żvilupp industrijali.”

Skont l-istess sorsi, “il-partijiet interessati kollha kienu informati, għal aktar minn darba li, t-trakka ma tistax issir hemmhekk.”

F’kummenti ma’ dan is-sit, il-Perit Nicholas Mallia, wieħed mill-imħuħ wara l-proposta l-ġdida spjega li, għalkemm jista’ jagħti l-każ li hemm xi art immarkata għal żvilupp industrijali u li l-periti ma kienux jafu biha waqt it-tfassil tal-proposta, din hi skontu ‘l-unika art li fiha t-trakka tista’ ssir.’

“Din hi l-unika żona f’Malta fejn it-trakka tista’ ssir mingħajr ma’ tintuża art ODŻ. Jiena miniex favur t-trakka tal-karozzi akkost ta’ kollox," saħaq Mallia filwaqt li żied jgħid kif skontu, “il-preservazzjoni tal-ambjent hi aktar importanti. Nittamaw li ningħataw l-opportunità li niddiskutu l-proposta mal-partijiet interessati u l-awtoritajiet rispettivi għax aħna fiduċjużi li dan huwa l-uniku sit vijabbli għat-trakka f’Malta,” temm jgħid il-Perit.

It-trakka proposta ġiet żvelata fid-dettall b’vidjo animat 3D.  

Hal Far Race track- A draft proposal

This is what a viable track solution could look like. It is designed according to FIA & FIM regulations, within the industrial area of Hal Far, most importantly no ODZ land take up.

Posted by Periti Studio on Thursday, 11 April 2019

More in Politika