Meta kien qed jirrispondi mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi sostna li hu se jkun qed jikkampanja b'mod attiv biex Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru ta' Malta.
Mizzi kien qed iwieġeb lill-gazzetta ILLUM, li staqsiet x'kienet ir-raġuni għall-interess li kien irrappurtat li wera' fit-tmexxija tal-Partit Laburista.
"Jiena se naħdem fuq kampanja biex inżommu lil Muscat u dik hija il-priorità tiegħi," qal Mizzi li nsista illi hemm momentum qawwi għal din il-kampanja hekk kif il-fiduċja f'Muscat hija f'livell għoli ħafna.
"Din il-fiduċja nistgħu nbiddluha f'ħeġġa għal aktar tibdiliet, biex inkomplu fuq it-tibdiliet li diġa wettaqna" sostna Mizzi mal-ILLUM
Hu temm jitlob lill-midja biex tagħti spazju għal din il-kampanja sabiex Muscat jibqa' PM.
L-intervista mal-Ministru Konrad Mizzi se tkun ippublikata nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM