L-immigranti fuq l-Alan Kurdi se jitqassmu bejn erba' pajjiżi

Malta mhux se tieħu immigranti, filwaqt li l-Gvern jgħid li pajjiżna reġa kien taħt pressjoni

L-Immigranti fuq il-bastiment Alan Kurdi se jkunu qed jinqasmu bejn erba' stati membri, qal il-Gvern fi stqarrija dalgħodu. L-Immigranti se jmorru fil-Ġermanja, Franza, l-Portugall u l-Lussemburgu. 

Il-Gvern qal li dan l-inċident reġa poġġa pressjoni fuq pajjiżna hekk kif kienet mitluba "ssolvi każ li mhux ir-responsabilità tagħha." 

"Instabet soluzzjoni biex is-sitwazzjoni tal-immigranti ma tibqax tiddeterjora, filwaqt li għamilniha ċara li Malta ma tistax tibqa' ġġorr dan il-piż," sostna l-Gvern fl-istqarrija.

More in Politika