Illum qed jitfakkar is-77 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lil Malta.
Kien propju il-15 ta' April 1942, meta l-poplu Malti rċieva dan l-unur għall-qlubija u l-kuraġġ li wera matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Waqt dan il-perjodu l-gżejjer Maltin kienu sfaw assedjati mill-ajru b'attakki kontinwi mill-għadu. Kien żmien li, lil hinn mill-ħerba, qerda u n-niket, l-poplu Malti esperjenza b'mod kolletiv l-ġuħ u t-tħarbit totali tal-ħajja ta' kuljum.
Dakinhar fl-ittra li kien bagħat ir-Re Ġorġ VI lil Gvernatur Sir William Dobbie u lil poplu Malti kollu, enfasiżża li l-Gżira tagħna hi xempju ta' qlubija, mħabba u dedikazzjoni.