Il-prospett ta' ħelsien mill-arrest għat-tnejn mit-tlieta minn nies akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bl-użu ta' timbri elettroniċi qed jidhru illi huma żgħar ħafna.
Il-Qorti kienet qed tisma' l-każ Kostituzzjonali tagħhom fuq akkużi ta' ħasil ta' flus, mhux il-każ kontrihom fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
L-Avukat William Cuschieri, qed jidher għal George u Alfred Degiorgio fil-proċeduri kriminali qed jinsisti li dawn ikunu meħlusin mill-arrest .
Illum fil-Qorti rriżulta li persuna li tkun fuq parole jista' jkollha timbri elettroniċi, imma dan ma japplikax għal dawk li jkunu taħt kustodja preventiva. Dan kien ikkonfermat, fil-fatt, minn Alex Dalli Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin metya kien mistosqi mill-avukat f'isem l-Uffiċċji tal-Avukat Ġenerali, li kkonferma li fil-fatt l-aħwa Degiorgio qegħdin taħt arrest preventiv.