Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata illi fiha bdew jintlaqgħu in-nomini għal dawk li mistennijin jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'Mejju li ġej. Fost dawn kien hemm Nazzareno Bonnici magħtruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla, li fl-aħħar elezzjoni saħansitra għamel mass meeting il-Birgu li għalih attendew ammont sabiħ ta' nies.
Minkejja li mhux ħafna, Żaren xorta kiseb 1,216-il vot fl-2014.
Tefgħu n-nomina wkoll Norman Lowell f'isem Imperium Europa, Arnold Cassola u Stephen Florian bħala kandidati indipendenti. Martin Cauchi Inglott kien l-unika persuna li tefa' n-nomina f'isem il-Partit Demokratiku filwaqt li Josef Caruana u Fleur Vella tefgħu n-nomina f'isem il-Partit Laburista.
F'isem il-Partit Nazzjonalista tefa' n-nomina Micheal Brigiuglio.