Il-PD jwaħħal f'attivist tal-Gvern għal attakk fuq kandidat tiegħu

Timothy Alden jgħid li s-segwaċi tal-Gvern Laburista 'jgħaffġu' lil dawk li ma jaqblux magħhom hekk kif il-PD jgħid li kandidat tiegħu għall-Kunsill Lokali tal-Qrendi safa' attakkat

Charles Polidano, kandidat f'isem il-PD
Charles Polidano, kandidat f'isem il-PD

Il-Partit Demokratiku (PD) ilejla stqarr illi l-Kandidat tiegħu għall-Kunsill Lokali tal-Qrendi Charles Polidano kien attakkat b'mod fiżiku f'inċident fejn l-agressur "ma ħalla ebda dubju li kien attakk motivat politikament." 

Il-PD qal illi Polidano kien attakkat quddiem daru stess u quddiem ħbieb u residenti.. 

Dwar dan l-inċident sar rapport lill-Pulizija. 

"Dan huwa eżempju ieħor tat-traġedja li qed taħkem lid-demokrazija tagħna," sostna l-Viċi Kap tal-PD Timothy Alden. Hu qal illi inċidenti bħal dawn ikomplu juru kif dawk li jopponu lill-Gvern huma mgħaffġa mis-segwaċi partiġġjani tiegħu "li ma jibżgħux li jkollhom iħallsu għal għemilhom."

 

More in Politika