Mixja li tfakkar lill-immigrant li nqatel f'Ħal Far

Fil-paroċċa ta' Birżebbuġa lbieraħ saret il-Via Lucis b'riflessjoni fuq l-qtil ta’ Lassana Cisse Souleyman ...

Poster b'wiċċ Lassana Cisse Souleyman, li nqatel  | Ritratt ta' Massimo Costa
Poster b'wiċċ Lassana Cisse Souleyman, li nqatel | Ritratt ta' Massimo Costa

Dalgħodu saret mixja u atttività fil-post fejn inqatlet persuna, raġel mill-Kosta tal-Ivorju, nhar fil-bidu ta' April. Il-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman, ta' 42 sena.

Diversi persuni mxew b'posters u fjuri li tqiegħdu fil-post fejn inqatel dan l-immigrant. Dan il-qtil qajjem agħa u rabja fost ħafna għalkemm mhux forsi dik l-agħa u rabja li wħud kienu  qed jistennew. 

Intant nhar il-Ġimgħa (ilbieraħ) ġiet organizzata Via Lucis mill-parroċċa ta’ Birżebbuġa li l-intenzjoni primarja tagħha kienet riflessjoni dwar l-imħabba tan-nisrani għall-barrani. Kienet ix-xewqa tal-parroċċa li fil-kuntest tal-qtil ta’ Lassana Cisse Souleyman fl-istess raħal fl-ewwel jiem ta’ April, il-komunità ta’ fidi tirrifletti fuq ir-rwol tagħha li tara lil Kristu f’kull min hu barrani, b’diversi modi, u tilqgħu.

Tfal jitfgħu l-fjuri fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Massimo Costa
Tfal jitfgħu l-fjuri fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Massimo Costa

Ir-riflessjonijiet li saru matul l-erbatax-il stazzjon, li ħafna minnhom inkitbu minn Sister Maryanne Francalanza, iffukaw fuq diversi aspetti tal-ħajja li qed ngħixu llum u kif ħafna drabi nispiċċaw inneżżgħu lil bnedmin oħrajn mill-umanità tagħhom għax narawhom differenti. Fl-aħħar, qabel mument ta’ adorazzjoni tal-Ewkaristija, il-kappillan ta’ Birżebbuġa, Dun Anton Galea Scannura fakkar fil-frażi li qal il-Papa Franġisku meta żar Lampedusa, li n-Nisrani għandu jitlob għall-“grazzja tad-dmugħ” biex ikun jista’ jara tassew lil Kristu fit-tbatija tal-proxxmu tiegħu.

                             Il-gazzetta ILLUM ukoll irrappurtat dwar dak li qal Dun Galea Scannura nhar il-Ġimgħa l-Kbira 

Tkellem ukoll Fr Mark Cachia, tal-Jesuit Refugee Services li semma l-bżonn li jinħattu l-ħafna ħitan li huma ta’ firda bejn il-bnedmin

Talb fil-post fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman
Talb fil-post fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman

More in Politika