'Mifqugħin bil-barranin' ... imma l-PN se jipproponi integrazzjoni permezz ta' taħriġ fil-Malti

Fil-Programm Elettorali li se jitħabbar għada l-PN se jipproponi illi l-pjan ikun għal dawk li jiġu hawnhekk għal 'perjodu itwal taż-żmien'  u fih jitgħallmu l-Malti u l-użanzi Maltin

Minkejja l-billboards li Malta hija mifqugħa bil-barranin, għada l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iressaq proposta, waħda minn sebgħa, biex il-Gvern jibda pjan ta' intergrazzjoni ffinanzjat mill-UE "biex jiffaċilità l-integrazzjoni ta' ħaddiema barranin li jiġu Malta għal perjodu ta' żmien b'sistemi ta' taħriġ li jwasslu biex dawn il-ħaddiema jkollhom għarfien bażiku tal-lingwa, il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-użanzi Maltin."

Din il-proposta qed issir fil-Programm elettorali tal-PN li se jkun approvat għada.

Ħafna mill-proposti l-oħrajn huma xi ftit jew wisq vagi jew inkella saru diġà, bħal pereżempju li jkunu mgħejjuna pajjiżi Afrikani, li tkunu żgurata s-sigurtà tal-fruntieri u li persuni li mhumiex eliġibbli jintbagħtu lura. 

 

More in Politika