Il-Labour iniedi l-messaġġ għall-elezzjoni sigħat qabel jiftaħ il-kampanja elettorali

'Malta f'qalbna' huwa l-messaġġ tal-Partit Laburista għall-25 ta' Mejju li ġej...

Il-Logo tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ta' Mejju
Il-Logo tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ta' Mejju

Il-Partit Laburista ilejla nieda l-logo tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir nhar il-25 ta' Mejju. 

Fuq sfond ċelesti, qalb lewn roża u l-kelma Malta fiha, dan il-logo kien żvelat mill-PM Joseph Muscat ilejla permezz ta' tweet. B'kuluri ċari l-messaġġ tal-logo huwa modern u jagħti messaġġ pożittiv kif ukoll jappella għall-patrijottiżmu.

Intant għada l-Partit Laburista se jkun qed jibda l-kampanja elettorali b'mod uffiċjali waqt Konferenza Ġenerali li ser issir filgħodu. 

(Sewgu l-illum.com.mt għada għal rappurtaġġ estensiv dwar il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll rappurtaġġ estensiv tal-elezzjoni fuq il-gazzetta ILLUM)

More in Politika