Aġġornata | 'Pro business konna u hekk se nibqgħu' - Muscat

Il-PM Joseph Muscat isostni illi l-akbar problema bħalissa tal-impjegaturi hija li jsibu biżżejjed ħaddiema 

Meta kien qed jagħlaq il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Musat sostna illi minkejja l-kritika li tista ssir, "pro-business konna u hekk se nibqgħu." Hu sostna li tant hawn xogħol f'pajjiżna li l-barrani qed jiġi hawnhekk biex isib xogħol, fejn qabel kien il-Malti li jitaq minn pajjiżna biex isib impjieg.

Muscat, bil-logo 'Malta f'qalbna' jiddomina, sostna li l-Partit Laburista huwa l-moviment tal-ġustizzja soċjali u l-partit li ta d-dritt li persuna tiżżewweġ lil min tħobb, li ssejjaħ lil-persuna mara jew raġel kif tixtieq hi u l-partit li jagħti każ lil min jaqa' lura.

Muscat semma' l-kwistjoni tal-housing u indika proġett ta' 'housing' affordabbli u allura proprjetà li min qed jaqa' lura jkun jista' jixtri. 

"Dan huwa l-moviment li jimpurtah minn kulħadd, dejjem naħsbu f'dawk li għandhom bżonn aktar għajnuna."

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Muscat sostna li hu jrid kontinwità għall-pajjiż għax is-sisien hemm qegħdin. "Jiena ma nemminx li l-elezzjonijiet qegħdin hemm biex tgħid xi ħaġa u imbagħad tagħmel oħra. Staqsu min għandu l-aħjar viżjoni,Joseph jew Delia? Ma' min taf fejn qiegħed, ma' Joseph jew ma' Delia?" staqsa rettorikament Muscat għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. 

Għall-fatt illi l-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ lill-Partit Laburista, partit soċjalista fil-komunikati tiegħu, Muscat sostna li "tista' ssejjaħli soċjalist, tista' ssejjaħli soċjal-demokratiku, imma dejjem sejjaħli Malti."

Il-Mexxej Laburista miss ma' diversi temi, fosthom mal-karozzi u kif dan il-Gvern għandu pjan biex innaqqas il-karozzi mit-toroq Maltin. Dan minkejja li għadhom qed joħorġu l-permessi għall-pompi tal-petrol ġodda jew rilokazzjonijiet.

Tkellem dwar l-isport u sostna li pajjiżna ma jmurx tajjeb fl-isport għax m'hemmx ir-rieda biżżejjed li pajjiżna jirbaħ u jagħmel suċċess.

"Aħna poplu bieżel, li iżda mux dejjem kellu Gvern li kien bieżel daqs in-nies," sostna l-PM li qal li llum l-akbar problema ta' min iħaddem hija li ma jistgħux isibu ħaddiema.

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

 

More in Politika