'Mhux bil-barranin fqajna lil Malta, imma bix-xogħol u l-ġid' - Muscat

Eluf ta' partitarji Laburisti jinġabru quddiem Kastilja għall-mass meeting li jfakkar Jum il-Ħaddiem

Joseph Muscat isellem lill-folla preżenti | Ritratt ta' James Biancji
Joseph Muscat isellem lill-folla preżenti | Ritratt ta' James Biancji

Meta kien qed jindirizza lill-folla kbira li mliet Pjazza Kastilja l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna illi minkejja li saret l-akkuża li l-Gvern Laburista faqa' lil Malta bil-barranin, "aħna fqajna lil Malta bix-xogħol u l-ġid."

Fid-diskors ta' Jum il-Ħaddiem, Muscat qal illi l-PL jgħożż l-ugwaljanza, "aħna rridu li l-poplu jimxi 'l quddiem f'sens ta' ġustizzja soċjali." Hu qal li saru tibdiliet kbar meta l-poplu ħadem f'daqqa fi pjan li għamluh possibbli n-nies.

"Bdeja mmexxu pajjiż; konna lura fid-drittijiet ċivili u ġibnieh l-ewwel, writna faqar qed jiżdied minn Gvern li kien jiħċad li jeżisti, illum neħħejna tnejn minn kull tlieta li jinsabu fil-faqar, żidna l-pensjonijiet sena wara oħra u nerġa' ntenni lill-pensjonanti: tajnikom ħafna imma mhu xejn ħdejn dak li għad irridu nagħtukom. Ħadna pajjiż li ffriża l-paga minima, aħna żidna l-paga minima u daħħalna sistema li fiha ħadd ma jista' jdum aktar minn sena fuq il-paga minima. X'ma niċċelebrawhx Jum il-ħaddiem?," staqsa waqt li fakkar illi dan il-Gvern reġa ta l-vaganzi li ħa gvern ieħor u ċekkijiet li jintbagħtu d-dar. (L-artiklu jkompli wara r-ritratti)

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

"Qed naħdmu fuq proġetti li ħadd ma kien jaħseb li jistgħu jsiru," qal Muscat li fakkar illi f'seba' snin se jkunu rranġati t-toroq kollha tal-pajjiż 

Dwar il-housing soċjali qal illi l-Gvern qed jagħmel l-akbar proġett ta' akkomodazzjoni soċjali. 

"Qabel kienu jgħidulna d-dejn iħallsuh uliedna u uliedna. Aħna mhux dejn ħa nħallulhom lill-uliedna imma ġid u flus x'jinvestu."

Il-PM qal ukoll illi qatt ma sar xogħol fuq l-arti daqs kemm sar f'dawn l-aħħar snin, fosthom bi proġetti infrastrutturali (Muża), t-tneħħija taċ-ċensura u l-legat ta' Valletta18. 

Tkellem dwar il-bidliet matul is-snin fosthom bir-riformi fid-drittijiet ċivili u issa riformi li jagħtu l-istess opportunitajiet politiċi, ekonomiċi u soċjali bejn il-ġeneru. 

"Inutli xxejjer il-bandiera tal-istilel jekk ma tħaddanx it-tolleranza ... minflok inħarsu aħna 'l barra, illum qed iħarsu lejna għall-opportunitajiet," kompla Muscat.

Huwa qal illi m'għandux dubju li l-poplu se jwieġeb lil min, skontu, prova jċaħħad lil residenti ta' 23 lokalità d-dritt li jivvutaw għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. 

"L-għażla hija ċara; bejn min joħloq ix-xogħol u jagħti t-tama fejn m'hemmx, min jaħdem bl-imħabba u min jaħdem bl-għira. l-għażla hija bejn Joseph Muscat u Adrian Delia."

'Irridu ħaddiema u familji sinjuri' - Chris Fearne

Fl-indirizz tiegħu lil dawk preżenti d-Deputat PM u Deputat Mexxej tal-PL Chris Fearne sostna illi 90 sena wara l-ħolm tal-ħaddiem, "l-ħaddiema huma kollha mħarsa illum. ... il-ħolma tagħna issa hija li rridu lill-ħaddiema jsiru sinjuri. Irridu ħaddiema u familji sinjuri. Dan nagħmluh billi nibnu fuq dak li beda Dimech, Pawlu Boffa u Mintoff fis-70ijiet u 80ijiet u illum Joseph Muscat," sostna Fearne għaċ-ċapċip.

Hu reġa' rrepeta dak li qal ftit ġranet ilu, jiġifieri, hekk kif il-PL għamel 25 sena fl-oppożizzjoni, "jekk nibqgħu magħqudin nagħmlu 25 sena fil-Gvern."

Hu qal li l-Gvern irid li kull famillja u pensjonant għandu jkun sinjur biex ilaħħaq mal-mezzi u biex ikun jista' jgħix. 

''Il-Gvern Laburista ttrasforma l-pajjiż'

F'indirizz, il-kandidat tas-Soċjalisti Ewropej Frans Timmermans qal illi l-Gvern Laburista Malti ttrasforma lill-pajjiż. Hu qal li l-introduzzjoni ta' drittijiet lill-persuni LGTIQ juru kemm pajjiż żgħir jista' jagħmel affarijiet kbar. 

"Wasal iż-żmien li nuru illi nistgħu noħolqu futur sostenibbli u Karmenu Vella wera' li dan jista' jsir, permezz tal-regolamentazzjoni dwar il-plastik." 

"Min se jeħodkom fil-futur, in-Nazzjonalisti? Il-Labour? ... Malta hija f'post aħjar illum u tista' tkun aħjar jekk tibqa' tagħżel lill-Labour," qal Timmermans għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti.

More in Politika