Illum, il-Partit Nazzjonalista iċċelebra Jum il-Ħaddiem, b'maratona ġbir ta' fondi b'risq il-kampanja elettorali.
Il-maratona bdiet f'nofsinhar u baqgħet għaddejja sa nofsilejl meta tħabbar illi b'kollox kieni inġabru €525,000.
Il-Kap Nazzjonalista, f'messaġġ li għadda waqt il-maratona, saħaq li l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista ftit ftit qed jasal għand in-nies u qed joħloq tama.
"Kull sold li qed niġbru f'din il-maratona qed isaħħaħ il-vuċi tiegħek," saħaq Delia waqt li tenna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jitkellem dwar il-kwistjonijiet li jolqtu lil kulħadd fil-ħajja ta' kuljum.
Aqra aktar x'qal Delia dalgħodu waqt intervista li saritlu mill-ġurnalist Sergio Mallia.