Meta kien qed jindirirzza konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-ambjent, il-kelliem tal-PN għal dan is-suġġett Jason Azzopardi sostna li pajjiżna sar 'unlivable' jew inkella pajjiż li ma tistax tgħix fih minħabba l-konġestjoni fit-traffiku, bl-agħar kwalità ta' arja fl-Unjoni Ewropea, ħmieġ, l-agħar rata ta' riċiklaġġ u ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni.
Intant f'din il-konferenza li damet biss ftit minuti, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-MEPs f'isem il-PN, Michael Briguglio sostna illi għall-Partit Laburista l-ambjent huwa xi ħaġa sekondarja u implika illi filwaqt li l-proposti ambjentali li kien ressaq il-PN kienu studjati u diskussi, dawk tal-PL f'dak li sejjaħlu 'fuljett' ma kinux.