Tony Zarb, eks Segretarju Ġenerali tal-GWU, Manuel Cushcieri, preżentatur u Ġuża Cassar bdew petizzjoni biex Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru u ma jitlaqx u jibqa' fil-kariga.
Dan minkejja li l-Prim Ministru għadu qatt ma qal li se jitlaq mill-kariga u fil-fatt hu kien sostna li għandu 'road map' ta' 10 snin għall-pajjiż. Muscat jagħlaq 10 snin bħala PM fl-2023.
Minkejja dan xorta nħass il-bżonn li tibda petizzjoni għax, skont Zarb "il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi jemmen b’mod sħiħ fil-kapaċitajiet li għandu l-Prim Ministru Joseph Muscat u għalhekk għandna ningħaqdu b’vuċi waħda sabiex il-Prim Ministru jibqa’ jmexxi lill-pajjiż fid-direzzjoni tajba."
"Aħna nemmnu li din il-fehma ma tirrifletti x ix-xewqa tagħna biss imma tirrifletti ix-xewqa ta’ ħafna nies li ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u li għandhom l-interess tal-pajjiż għal qalbhom"
Din il-petizzjoni ser tkun ippreżentata personalment lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’data li titħabbar aktar tard.