Membru ieħor għall-Familja Rjali ... Maghan u Harry ikollhom tifel

Il-Prinċep Harry jiddeskrivi t-twelid ta' ibnu bħala l-isbaħ esperjenza li seta' jimmaġina

Id-Dukessa ta' Sussex Maghan Marke u l-Prinċep Harry, kellhom l-ewwel tarbija tagħhom, tifel li twieled illum waranofsinhar.

"Kienet l-isbaħ esperjenza li nista' nimmaġina," qal il-prinċep Harry ftit wara li ħarġet l-aħbar waqt li rringrazzja lill-pubbliku għall-appoġġ.

Kif wieħed jista' jimmaġina, diġà qamu ħafna mistoqsijiet dwar l-isem li l-koppja rjali mistennija jagħtu lit-tifel, iżda l-Prinċep Harry qal li għadhom qed jiddiskutu.

Fuq il-paġna uffiċjali ta' Instagram tal-koppja rjali ntqal li kemm l-omm u anke t-tarbija jinsabu f'kundizzjoni tajba ta' saħħa.

Aktar tard, fi stqarrija, Buckingham Palace qal li kemm ir-Reġina, id-Duka ta' Edinburgh, il-Prinċep ta' Wales, id-Dukessa ta' Cornwall, id-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge u membri oħra tal-Familja Rjali kienu infurmati u huma kuntenti ħafna bl-aħbar.

It-tifel tal-Prinċep Harry u s-seba' wieħed fil-linja tas-suċċessjoni tat-tron wara l-Prinċep ta' Wales, id-Duka ta' Cambridge u uliedu - il-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte, il-Prinċep Louise - u missieru l-Prinċep Harry.

Huwa wkoll it-tmien proneputi tar-Reġina Eliżabetta II.

 

More in Politika